Saturday, November 16, 2024

Mat-12.5% tal-istudenti mhux imorru skola minħabba l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici irrimarka li waqt li soltu kien ikun hemm madwar 10% tal-istudenti li ma jattendux l-iskola dawn, anke minħabba l-Covid19, dawn żdiedu għal madwar 25%.

Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari minn deputat miż-żewġ naħat, Bonnici beda biex qal li normalment ikunu 10% li soltu ma jattendux.

Din is-sena ċ-ċifra telgħet għal 75% li nofshom mhux imorru l-iskola għax vulnerabbli u n-nofs l-ieħor għax huma dawk li huwa sejjaħ bħala l-“assentejiżmu klassiku”.

Il-ministru responsabbli mill-edukazzjoni nsista li l-iskejjel qed jimxu mal-protokoll maħruġ dwar il-pandemija u appella lill-ġenituri biex jibgħatu lil uliedhom l-iskola.

Ekonomija

Sport