Monday, November 4, 2024

Mat-13-il rapport kuljum fl-aħħar jiem b’nies jiġu frodati mijiet ta’ ewro

Aqra wkoll

Il-Pulizija mill-ġdid qiegħda tappella lill-pubbliku għal aktar attenzjoni, hekk kif fl-aħħar jiem żdiedu r-rapporti ta’ persuni li waqgħu fin-nasba ta’ messaġġi qarrieqa, bil-konsegwenza li sfaw misruqin flus mill-kont bankarju tagħhom. 

Fl-aħħar jiem, ħafna persuni reġgħu qed jirċievu messaġġi taparsi qed jintbagħtu f’isem il-kumpanija MaltaPost, bil-Pulizija, fl-aħħar erbat ijiem, irċeviet medja ta’ 13-il rapport kuljum u l-flus li nġibdu jammontaw għal mijiet ta’ ewro mingħand kull vittma. 

Il-vittmi qegħdin jirċievu messaġġ u jiġu infurmati li jridu jħallsu miżata żgħira sabiex jirċievu pakkett li jinsab għand l-operatur postali u dan billi jagħfsu fuq ħolqa (link)

Imma ladarba tintagħfas din il-ħolqa, il-vittmi qed jiġu ppreżentati b’sit elettroniku falz li timita l-operatur postali u l-vittmi jintalbu jdaħħlu d-dettalji tal-karta tal-kreditu tagħhom, bil-frodisti, minnufih jieħdu ammont ferm akbar mill-kont bankarju. 

L-appell tagħna huwa biex dawn il-messaġġi jiġu injorati u mħassra immedjatament. 

Sport