Wednesday, December 25, 2024

Mat-30 miljun persuna fiċ-Ċina f’lockdown minħabba żieda qawwija fil-każijiet

Aqra wkoll

Kważi 30 miljun ruħ fiċ-Ċina jinsabu f’lockdown kawża taż-żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid li fost l-oħrajn qanqlu r-ritorn ta’ testijiet tal-massa u emerġenza fil-pajjiż li fih oriġina l-virus.

Nhar it-Tlieta, iċ-Ċina rrapportat 5,280 każ ġdid ta’ Covid-19, aktar mid-doppju li kienu reġistrati l-ġurnata ta’ qabel, hekk kif il-varjant Omicron trażmissibbli ħafna għal darb’oħra kompla jinfirex madwar il-pajjiż.

Mill-inqas 13-il belt madwar il-pajjiż kollha ġew imsakkra għal kollox nhar it-Tlieta, u bosta bliet oħra kellhom lockdowns parzjali.

Il-provinċja tal-Grigal ta’ Jilin kienet l-agħar milquta – b’aktar minn 3,000 każ ġdid nhar it-Tlieta, skont il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa.

Residenti ta’ diversi bliet hemmhekk, inkluż il-kapitali provinċjali ta’ Changchun, fejn fiha jgħixu mad-disa’ miljun ruħ, ġew ordnati biex jibqgħu d-dar.

Shenzhen, iċ-ċentru teknoloġiku tan-Nofsinhar li fih hemm mal-17.5 miljun ruħ, jinsab tlett ijiem ta’ lockdown b’ħafna fabbriki magħluqa u l-ixkafef tas-supermarkets jitbattlu.

Ekonomija

Sport