Roma qed ifittxu difensur ieħor sabiex isaħħu dan id-dipartiment li xi kultant deher vulnerabbli f’dawn l-ewwel jiem tal-kampjonat. L-għażla tal-Giallorossi waqgħet fuq Mats Hummels, difensur eks-Borussia Dortmund li jinsab bħala aġent ħieles.
Id-diriġenti mill-belt kapitali Taljana qed joffrulu kuntratt ta’ sentejn bi Hummels li qed jikkunsidra wkoll offerti mit-Torok ta’ Galatasaray.
Jekk it-trasferiment ta’ Hummels ma jirnexxiex, hemm ukoll Kostas Manolas li jista’ jagħmel ritorn bla mistenni mat-tim mill-kapitali.