Il-winger internazzjonali Urugwajan Mathias Olivera iffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Napoli. Dan hu ftehim ta’ tiġdid bejn il-plejer Sudamerikan u l-Partenopei hekk kif hu qed iħossu ferm għal qalbu magħhom.
Hu ngħaqad magħhom fis-sajf tas-sena 2022 mingħand Getafe. S’issa hu skorja tliet gowls fi 83 dehra.
Fil-passat Olivera kien ukoll plejer ta’ Nacional Montevideo fejn rebaħ ukoll diversi trofej.