Friday, October 11, 2024

Matias Soule segwit minn Roma

Aqra wkoll

Roma qed jirsistu sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder offensiv ta’ Juventus Matias Soule. Dan tal-aħħar jidher li mhux fil-pjanijiet tal-kowċ il-ġdid Bianconero Thiago Motta u għalhekk se jkun qed jitlaq lill-klabb.

Soule għandu 21 sena u fl-istaġun li għadda kien b’self ma’ Frosinone. Juventus lesti li jbigħuh għas-somma ta’ €30 miljun għalkemm is-sidien Giallorossi Friedkin jixtiequ jieħduh b’€20 miljun.

Soule hu plejer Arġentin li lagħab ukoll ma’ Velez Sarsfield u Juventus Next Gen.

Sport