L-eks Ministru għall-Intern Matteo Salvini beda għaddej ġuri fi Sqallija fejn qiegħed jiġi akkużat li waqqaf dgħajsa bl-immigranti milli tidħol f’port sigur f’Awwissu ta’ sentejn ilu.
Il-politiku tal-lemin estrem ċaħad l-akkużi dwar ħtif u dawk li jallegaw li hu naqas milli jagħmel id-dmirijiet tiegħu.
Salvini kien għalaq il-portijiet għad-dgħajjes ta’ salvataġġ u din id-deċiżjoni kienet wasslet biex għexieren ta’ immigranti spiċċaw mitluqin f’nofs ta’ baħar abbord bastiment Spanjol għal tliet ġimgħat sħaħ.
Jekk jinstab ħati huwa jista’ jeħel sa massimu ta’ 15-il sena ħabs.