Matthew Agius ta’ Sliema Beach Soccer u Shakira Bugeja ta’ St George’s rebħu l-unur tal-aqwa plejer tat-turnew waqt il-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer li ntemm fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Iż-żewġ plejers għenu lit-timijiet rispettivi tagħhom sabiex jirbħu l-kampjonat b’Agius jispikka wkoll quddiem il-lasta meta spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-turnew.
Intant l-unur tal-aqwa goalkeeper intrebaħ minn Brandon Muscat ta’ Sliema.
Apparti Shakira Bugeja li rebħet l-unur tal-aqwa plejer tal-kampjonat femminili, Edna Vargas ta’ Parr Mela kienet l-aqwa skorer filwaqt li Emma Grech ta’ Swieqi kienet ivvutata bħala l-aqwa goalkeeper.
Il-premjijiet lir-rebbieħa tqassmu mill-president tal-Malta Beach Soccer Association Mauro Camilleri Darmanin.