Minn Cristian Muscat
Fil-jiem li għaddew Matthew Camilleri rebaħ it-tieni ġlieda tiegħu fil-Cage Warriors (CW) wara li għeleb lit-taljan Emanuele Sabatino fil-Lightweight Division fight fil-BEC Arena f’Manchester. Huwa rebaħ il-ġlieda ta’ tliet rounds bi ‘split decision’.
Din kienet it-tmien rebħa minn għaxar ġlidiet għal Camilleri. Huwa jitħarreġ man-Next Generation MMA Liverpool Gym filwaqt li huwa affiljat mal-American Kickboxing Academy, u preżentament qed jagħmel ġieh u unur lil pajjiżna fl-Ingilterra.
Bħalissa huwa rrenkjat fit-32 post minn 231 ġellieda Pro Lightweights mir-Renju Unit u l-Irlanda filwaqt li jinsab fil-174 minn 1,326 ġellied fl-Ewropa.
Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Camilleri nnifsu fejn tana dawn il-kummenti: “Din il- ġlieda kont ili naf li se ssir tmien ġimgħat imma jien kont ili għaddej bi training camp. Kelli niprepara għaliha u jkolli training partners speċifici minħabba l-istil tal-avversarju tiegġu, waqt li twil 6ft 1 u jien 5ft 7.”
“Kelli training partners tal-ġenn u mar kollox kif pjanajt. Il-futur għalija huwa li mistenni ninżel lura għall-piż oriġinali tiegħi li huwa feather weight 66.2kg u bħalissa qiegħed light weight 70.7kg. Mhix se tkun faċli imma la nagħmilha bl-għajnuna ta’ ‘nutritionist’ tajjeb li hawn hawnhekk mat-tim tkunli naqra iktar faċli jekk ma ninżilx inkompli f’din id-diviżjoni u mmur għall-belt sena oħra.”