Hibernians F.C. ħabbru l-akkwist tal-midfielder offensiv Matthew Debattista mingħand Swieqi United FC.
Prodott ta’ Melita F.C., Debattista m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Minkejja l-età żgħira tiegħu, diġà għamel l-esperjenza tiegħu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti fl-istaġun li għadda, fejn wera personalità, determinazzjoni u kwalità li jiddistingwuh
Ta’ 23 sena biss, Matthew irrappreżenta wkoll b’unur lil pajjiżna mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena — xhieda ċara tax-xogħol, id-dedikazzjoni u l-potenzjal kbir li għandu quddiemu.

