Reġgħu lura l-impenji barra minn xtutna għall-uffiċjali lokali tal-partita bil-kompitu tar-referee tal-badge tal-FIFA Matthew Degabriele li jmexxi l-partita ta’ profil għoli bejn Sporting CP (POR) u Ajax (NED).
Din il-partita hija valida mill-UEFA Youth League 2022/23, Round of 16, u għandu jintlagħab nhar l-Erbgħa 1 ta’ Marzu fl-Academia Cristiano Ronaldo – Sporting Clube de Portugal fil-muniċipalità Portugiża ta’ Alcochete.
Jingħaqad ma’ Matthew f’dan il-vjaġġ lejn il-Portugall hemm Jurgen Spiteri li se jiġi assenjat bir-rwol tiegħu ta’ Assistant Referee, waqt li Mitchell Scerri huwa wkoll parti mit-tim bħala t-Tieni Assistant Referee.
Il-Malta FA awgurat xorti tajba lit-tim tal-uffiċjali tal-partita lokali hekk kif huma żgur li se jkunu qed jgħożżu din il-biċċa xogħol fdata lilhom fil-Portugall din il-ġimgħa.