Kellu jkun goal fil-ħin miżjud ta’ Matthew Guillaumier li ta tliet punti prezzjużi lil Hamrun Spartans f’rebħa minima ta’ 1-0 fuq Marsaxlokk, biex b’hekk huma kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika b’37 punt.
Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fil-ħames minuta meta Elvis Mashike kellu daqqa ta’ ras mill-viċin ikklerjata f’sigurtá minn Santiago Ferraris.
Huma komplew fuq l-offenisva u fl-24 minuta, Rodrigo Callegari wara li rċieva minn freekick ta’ Dodo, kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jintemm ftit barra.
Tliet minuti biss wara, Ryan Camenzuli, indirizza cross mil-lemin li sab lil Elvis Mashike Sukisa li kkontrolla tajjeb iżda tefa’ barra.
Fis-37 minuta, Juan Carlos Corbalan, għadda tajjeb lejn Roko Prsa li kellu xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa jintemm barra.
Marsaxlokk wieġbu għall-ewwel darba żewġ minuti fil-ħin miżjud meta Kristian Keqi kkonluda ġirja tajba fuq il-lemin permezz ta’ xutt dijagonali li għadda jħakkek mal-wieqfa.
Fl-64 minuta il-goalkeeper internazzjonali tal-Ispartans Henry Bonello salva lit-team tiegħu meta dawwar tajjeb f’corner daqqa ta’ ras ta’ Christopher Edafe Uzeh wara li rċieva minn freekick ta’ Santiago Ferraris.
Mill-corner li rriżulta mogħti minn Daniel Agius, Tiago Adan Fonseca, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu li ntemmet barra.
Hamrun wieġbu fit-80 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Elvis Mashike Sukisa li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Serb ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak.
Tmien minuti wara, Marsaxlokk kellhom ċans ieħor li jiftħu l-iskor meta Leandro Aguirre kellu xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa, li iżda sab lil Bonello attent.
Madankollu, tliet minuti fil-ħin miżjud, Hamrun skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn through pass fit-tul tal-captain Steve Borg lejn Emerson Marcelina, il-goalkeeper Drobnjak naqas milli jinterċetta, b’Jonny jindirizza cross mix-xellug lejn MATTHEW GUILLAUMIER, li mill-viċin tefa’ f’lasta vojta u lill-partitarji numerużi tal-Ispartans f’delirju ta’ ferħ.
Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 5-Christopher Edafe Uzeh, 7-Ayrton Attard, 9-Kristian Keqi, 21-Santiago Ferraris (37-Santiago Moracci 90), 24-Juan Cruz Aguilar, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 88-Dejan Vukovic, 96-Daniel Agius (11-Alfred Effiong 71), 99-Tiago Adan Fonseca (77-Wellington Valentim De Sousa 84) Coach: Pablo Doffo
Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Mashike Sukisa, 10-Dodo (77-Shaisen Attard 85), 12-Roko Prsa, 14-Rodrigo Callegari (4-Steve Borg 60), 25-Bruno Ederson Domingos (63-Jonny 60), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, (17-Vinicius De Freitas Ribeiro 90), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli Coach: Branko Nisevic
Referee: Ishmael Barbara
Ass. Referees: Edward Spiteri, Duncan Spencer
Raba’ Uffiċjal: Glen Tonna
Skorers: M. Guillaumier 93 (H)
Ammoniti: C. Edafe Uzeh, O. Carniello (M), E. Marcelina, M. Guillaumier (H)
Player tal-Logħba: Roko Prsa (H)