Id-delegat Malti tal-EHF Matthew Mamo ġie inkarigat jiddelega logħbiet waqt l-20 EHF EURO tal-Irġiel li se ssir f’Gondomar, il-Portugall bejn illum u s-17 ta’ Lulju 2022.
16-il tim nazzjonali huma lesti li jikkontestaw l-edizzjoni ta’ din is-sena bi Spanja, il-Ġermanja, is-Slovenja u l-Kroazja bħala l-isfidanti ewlenin għat-titlu ta’ din is-sena.