Thursday, August 7, 2025

Matthew Tabone jirtira minn player wara 11-il staġun ma’ Tarxien Rainbows

Aqra wkoll

Tarxien Rainbows  ħabbru li wara 11-il staġun indimentikabbli, il-captain Matthew Tabone ħabbar uffiċjalment l-irtirar tiegħu mill-futbol. Fi stqarriha huma qalu: “Filwaqt li l-kliem qatt ma jista’ jesprimi tassew x’kien ifisser għal dan il-klabb, aħna nagħtu ġieħ lill-player li ta kollox għall-arma fuq sidru.”

Matthew mhuwiex biss plejer li libes il-kuluri tagħna iżda għexhom. Huwa kien captain kif suppost.

F’kull mument ta’ avversità, Matthew baqa’ sod. Li jaqta’ qalbu qatt ma kienet għażla. Huwa mexxa bl-eżempju, kuraġġ, u integrità.

Captain kbir ma jitkejjilx biss bit-trofej jew bid-dehra, iżda bir-rispett li jmexxi, l-ispirtu li jispira, u l-wirt li jħalli warajh. Matthew iħalli wirt li se jidwi fil-dressing room tagħna għas-snin li ġejjin.

Għalkemm aħna profondament imnikkta bid-deċiżjoni tiegħu li jirtira, aħna kburin u eċċitati bl-istess mod li nħabbru li Matthew se jkompli jsawwar il-futur ta’ Tarxien Rainbows FC – issa bħala parti mill-istaff tekniku tat-tim tal-kbar tagħna bħala wieħed mill-assistant coaches tagħna u bħala kowċ tat-tim ta’ taħt it-13-il sena tagħna fl-akkademja. Il-ġenerazzjoni li jmiss ma tistax titlob mexxej aħjar.

Mingħand kulħadd fil-klabb – kumitat, plejers, staff, partitarji, u l-familja kollha ta’ Tarxien Rainbows – grazzi, Captain. Int għamiltna kburin ta’ kuljum!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport