Saturday, November 9, 2024

Matthew Zammit jirtira minn mat-team nazzjonali tal-waterpolo wara 16-il sena servizz

Aqra wkoll

Wara l-aħħar logħba tat-team nazzjonali Malti tal-waterpolo kotra l-Ġermanja fil-Kampjonati Ewropej, il-captain Matthew Zammit iktar magħruf bħala x-‘Xellugi’ ħabbar li se jkun qed jirtira wara 16-il sena ta’ servizz man-nazzjonal. Madankollu, huwa xorta waħda se jibqa’ jilgħab ma’ San Ġiljan ASC.

F’post fuq il-mezzi socjai tieghu huwa kiteb li:

“Wara 16-il sena nonora lil Pajjiżna, iddeċidejt li wasal iż-żmien li nimxu ‘l quddiem.

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil sħabi tal-ħidma kbira li kellna fil-passat u fil-preżent, lill-istaff tekniku tal-coaches għall-appoġġ kontinwu tagħhom u fuq kollox lill-ASA u lill-coach Karl Izzo talli dejjem emmnu fija.”

“Ninsab kuntent ħafna b’dak li rnexxilena niksbu f’dan il-kampjonat, U naf sew li dan huwa biss il-bidu ta’ team tajjeb ħafna. Nemmen f’kull player f’dan it-tim u iva għandna talent. Nittama li l-waterpolo jikseb ir-rikonoxximent li jixraqlu f’pajjiżna.”

Sport