Saturday, May 18, 2024

Matthew Zerafa jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar

Aqra wkoll

Is-Sur Matthew Zerafa se jinħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tad-Djar. 

Ħabbar dan il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli filwaqt li sġjega li għal dawn l-aħħar snin is-Sur Zerafa ħadem bħala Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. 

Huwa studja u gradwa b’Baċellerat fir-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta’ Malta, kif ukoll gradwa b’Masters fl-Intelliġenza u Sigurtà fl-Ingilterra, fejn speċjalizza fuq l-Infurzar tal-Entitajiet Pubbliċi f’pajjiżna. 

L-istudji tiegħu ffukaw ukoll fuq Geographical Information Systems (GIS) u fuq deċiżjonijiet strateġiċi fi żminijiet ta’ inċertezzi.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli feraħ lis-Sur Matthew Zerafa għal din il-ħatra ġdida. Il-Ministru rringrazzja wkoll lis-Sur Leonid McKay tal-ħidma tiegħu matul dawn is-snin li mexxa lill-Awtorità tad-Djar u awguralu wkoll għall-kariga ġdida tiegħu f’entità governattiva oħra.

Sport