Saturday, October 26, 2024

Matthias Debono jissejjaħ għall-ewwel darba mat-team nazzjonali tal-kbar

Aqra wkoll

Michele Marcolini, il-coach tat-team nazzjonali Malti wettaq żieda waħda ġdida fl-iskwadra tiegħu ta’ Malta għal-logħbiet li ġejjin ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO.

Il-goalkeeper ta’ Hamrun Spartans Matthias Debono ingħaqad mal-iskwadra. Din id-deċiżjoni waslet wara li Cain Formosa (Valletta FC), tħalla barra mill-iskwadra. Matthias Debono kien parti mit-training camp tat-Tim Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, immexxi mill-Coach Francesco Macri li għaddej bħalissa. Din hija l-ewwel darba li l-goalkeeper ta’ Hamrun Spartans issejjaħ mat-Team Nazzjonali tal-Kbar.

It-Team Nazzjonali Malti huwa skedat li jilgħab kontra l-Ingilterra nhar il-Ġimgħa li ġej fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Tliet ijiem wara, Malta tilgħab kontra l-Ukrajna fi Trnava Stadium fis-Slovakkja.

Sport