Id-difensur internazzjonali Olandiż, Matthijs De Ligt, ingħaqad ma’ Bayern Munich mingħand Juventus għas-somma ta’ €80 miljun.
Huwa ffirma kuntratt ta’ ħames snin b’salarju ta’ €300,000 fil-ġimgħa.
De Ligt kien ilu mal-Bianconeri mill-2019 iżda ma riedx iġedded il-kuntratt tiegħu u għaldastant huma ddeċidew li jpoġġuh fil-lista tat-trasferimenti.
Dan il-player ta’ 22 sena kien qed jiġi segwit ukoll minn Chelsea.