Il-Kap Eżekuttiv ta’ Juventus, Maurizio Arrivabene, irrikonoxxa li Matthijs de Ligt jista’ jitħalla jħalli lill-Bianconeri dan is-sajf.
Minn mindu ngħaqad ma’ Juventus fi trasferiment ta’ £67.5m fl-2019, id-difensur żamm post regolari f’nofs id-difiza, u għamel total ta’ 117-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Madankollu, meta għad fadallu senetjn fil-kuntratt tiegħu, b’mod naturali ħarġu spekulazzjonijiet dwar jekk il-player internazzjonali Olandiż jarax il-futur fit-tul tiegħu mal-Bianconeri.