Wara li kien hemm is-sessjoni ta’ taħriġ bil-bibien miftuħa għall-partitarji fl-Allianz Arena, id-difensur ta’ Bayern Munich Matthijs de Ligt tkellem mal-ġurnalisti Ġermaniżi dwar il-kollega l-ġdid tiegħu Kim Min-Jae. Hu qal li fid-difiża għandhom jaqblu ferm u kellu ċ-ċans ikellmu xi ftit.
De Ligt qal li l-plejer mill-Korea t’Isfel jaf jitkellem Ingliż tajjeb u għalhekk dan il-fatt għen sabiex ikun hemm komunikazzjoni tajba bejniethom.
Finalment De Ligt tkellem ukoll dwar il-kundizzjoni fiżika tiegħu fejn qal li wara l-injury tal-istaġun li għadda, hu jħossu tajjeb ħafna.