Thursday, December 26, 2024

Matthijs de Ligt kuntent ma’ Juventus

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali ta’ Juventus Matthijs de Ligt insista li jinsab kuntent f’Turin fost suġġerimenti li Chelsea jistgħu jagħmlu offerta għall-internazzjonali Olandiż fl-2022.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena għamel 79 dehra ma’ Juventus minn meta ngħaqad magħhom mingħand Ajax f’Lulju 2019, inklużi erba’ ħarġiet fil-kompetizzjonijiet kollha fil-bidu tal-istaġun 2021-22.

Chelsea riċentement ġew marbuta mad-difensur ċentrali, filwaqt li Real Madrid huma maħsuba li huma interessati li jmorru għall-Olandiż fi tmiem l-istaġun.

De Ligt, iżda, qal li hu ‘jħossu tajjeb’ ma’ Juventus taħt it-tmexxija ta’ Massimiliano Allegri.

“Inħossni tajjeb ma’ Juvenstus, u anke mal-coach Allegri. Huwa għandu ħafna attenzjoni għall-fażi difensiva, huwa importanti ħafna, ħdimt ħafna u jien kuntent,” qal De Ligt lill-ġurnalisti.

Id-difensur għad fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu f’Turin u beda tlieta mill-erba’ logħbiet tat-team tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha fil-bidu tal-istaġun il-ġdid.

Ekonomija

Sport