Thursday, November 14, 2024

Matul il-lejl iddaħħal l-Isptar it-tielet raġel li sofra ġrieħi fl-isplużjoni fil-Mosta

Aqra wkoll

Fis-sigħat birkin ta’ dagħlodu ddaħħal it-tielet raġel li sofra xi ġrieħi fl-isplużjoni li seħħet lbieraħ fil-kamra tan-nar 15 t’Awwissu.

Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-2:30 p.m daħlitilha informazzjoni mill-awtoritajiet tas-Saħħa li ftit qabel iddaħħal l-Isptar Mater Dei raġel ieħor li kien involut f’dan il-każ. Ir-raġel, li għandu 60 sena u jgħix il-Mosta, ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3:15 p.m u minn fost il-11-il persuna li kien hemm fil-ħin tal-isplużjoni, kien hemm żewġ persuni li ttieħdu lejn l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li sofrew. Aktar tard irriżulta li ż-żewġt irġiel ta’ 25 u 29 sena, t-tnejn residenti l-Mosta, kienu sofrew minn ġrieħi gravi.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport