Matul il-lejl li ġej l-aktar bejn s-1.00am u s-7.00am ta’ għada s-Sibt minn fuq il-gżejjer Maltin se jgħaddi tarf ta’ pressjoni baxxa li mistenni jagħti xi ftit xita.
Minkejja li ħafna qegħdin jistennew il-maltempata l-kbira seħħ kif jiġri kull sena, ix-xita tal-lejl li ġej mhux se tkun waħda abbundanti.
Li hu żgur li fil-ħin li ġej se jibda jitqawwa r-riħ u dan mistenni jitla’ għal Forza 7 mill-Majjistral. Fil-fatt il-fast ferry li taqsam bejn il-gżejjer Maltin diġà ħarġu avviż li s-servizz se jkun sospiż għada s-Sibt u anke l-Ħadd.
Għal dawk kollha li xebgħu mis-sħana, minn għada t-temperatura mistennija titbaxxa f’daqqa u fil-fatt se tonqos b’medja ta’ 5°C. dan ma jfissirx li se jkollna temperaturi tax-xitwa.
Li qiegħed jiġri hu li front ta’ arja kiesħa mill-Ġermanja sal-Alġerija li fiha hemm pressjoni baxxa, it-tarf tagħha se tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran matul li ġej. Iżda mill-ġdid mhux se tagħmel ammont kbir ta’ xita.
Meta jkollna sitwazzjoni bħal din il-bassara tat-temp ikollhom biċċa xogħol iebsa ħafna biex ibassru t-temp fit-tul. Dan minħabba li l-kundizzjonijiet tat-temp jippermettu li tiżviluppa maltempata fi ftit ħin u tinżel ammont kbir ta’ xita. Għalhekk dan ma tistax tbassru jew inkella tbassru fl-aħħar ħinijiet.