Saturday, November 23, 2024

Matul l-2019 kien hemm 398 tifel u tifla ddaħlu l-Mater Dei bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Matul l-2019 kien hemm 398 tifel u tifla taħt is-16-il sena li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei għall-kura bi ġrieħi gravi. Dan meta fl-2018 kien hemm 540 u fl-2017 l-ammont kien ta’ 443.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta dan it-tagħrif fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.

Fearne semma kif dawn it-tfal iddaħħlu għall-kura wara li kienu involuti f’inċidenti bil-vetturi, waqgħat, korrimenti fir-ras, ksur, polytrauma, ġrieħi wara splużjoni, uġiegħ fiż-żaqq u tiċrit.

Sport