Matul is-sena li għaddiet ġie kkonfermat li Malta baqgħet pajjiż sigur u stabbli, b’rata ta’ 30 reat għal kull 1,000 persuna. Dan jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mal-2023 u tnaqqis sostanzjali mill-46 każ għal kull 1,000 persuna fl-2004.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea.
Il-Ministru stqarr fil-Parlament li Malta wkoll kisbet riżultati pożittivi f’indiċi internazzjonali, inkluż il-World Justice Project Global Rule of Law Index, fejn kienet fost l-aqwa għaxar pajjiżi minn 142 f’termini ta’ ordni u sigurtà.