Saturday, September 14, 2024

Maurice Steijn jista’ jispiċċa minn kowċ ta’ Ajax

Aqra wkoll

Ajax Amsterdam jinsabu fi kriżi profonda hekk kif s’issa kisbu biss ħames punti minn sitt partiti u jinsabu fit-tielet post mill-aħħar fil-klassifika.

L-ogħla awtoritajiet tal-klabb qed jaħsbu sabiex ineħħu lil Maurice Steijn minn kowċ u jaħtru lil ħaddieħor fit-tentattiv li jdawru x-xorti tat-tim li s’issa xejn m’hu sejjer tajjeb.

Ajax għadhom kemm tilfu f’darhom kontra AZ Alkmaar bl-iskor ta’ 2-1 fl-Amsterdam Arena u hu d-dell ta’ dak it-tim glorjuż li tant paxxa l-għajn tal-partitarji akkaniti tagħhom.

Ekonomija

Sport