Il-coach ta’ Paris Saint-Germain, Mauricio Pochettino, huwa rrappurtat li hu lest li jieħu t-tmun ta’ Manchester United fi tmiem l-istaġun.
Minkejja li fadallu 16-il xahar fuq il-kuntratt tiegħu fil-Parc des Princes, ilu jiġi spekulat li l-Arġentin se jħalli lill-ġganti Franċiżi fis-sajf.
Għalekmm PSG għadhom kemm sfaw eliminati minn Real Madrid fiċ-Champions League, id-direttur sportiv tal-Pariġini Leonardo insista li ż-żewġ naħat se jkomplu jaħdmu flimkien.
Madankollu, ġie rrapurtat ukoll li Pochettino issa se jkun qed jagħmel il-bidla għal Old Trafford minħabba t-telfa kerha ta’ 3-1 fis-Santiago Bernabeu kontra l-Madrileni.
United mistennija jġibu sostitut għal Ralf Rangnick, li ma mpressjonax biżżejjed waqt il-ħidma tiegħu bħala manager temporanju wara t-tluq ta’ Ole Gunnar Solskjaer.
L-ex manager ta’ Tottenham Hotspur qed jissemma’ li jista’ jidħol f’tatqiegħa mal-coach ta’ Ajax Erik ten Hag meta jsiru aktar diskussjonijiet fi ħdan il-ġerarkija tal-United rigward min se jkun qed imexxi l-club bħala manager aktar tard fl-2022.