Chelsea jinsabu f’taħditiet avvanzati biex jagħmlu lill-eks ta’ Tottenham, Mauricio Pochettino, il-manager il-ġdid tagħhom.
L-Arġentin, li l-aktar xogħol riċenti tiegħu kien ma’Paris St-Germain, jinsab ħerqan dwar ir-rwol iżda se jsiru aktar negozjati qabel ma jiġi ffinalizzat kwalunkwe ftehim.
Chelsea jridu riżoluzzjoni rapida u jemmnu li jinsabu fl-aħħar tal-proċess hekk kif qed ifittxu sostitut permanenti għal Graham Potter.
Pochettino, ta’ 51 sena, jieħu post il-manager temporanju, Frank Lampard, jekk jintlaħaq ftehim.
Għadu mhux magħruf jekk Pochettino, li ilu bla xogħol minn meta PSG tkeċċewh f’Lulju 2022, hux se jieħu f’idejh immedjatament jew jekk Lampard hux se jibqa’ kif ippjanat sa tmiem l-istaġun.
L-Arġentin qal le għal approċċ inizjali minn Chelsea, iżda issa l-club jinsab kuntent li jagħtih aktar kontroll hekk kif qed ifittex xogħol li jippermettilu jkollu kontribut u impatt lil hinn mill-għażla tal-ewwel team.
Chelsea kellhom taħditiet mal-eks coach ta’ Bayern Munich, Julian Naglesmann, mal-ekx coach ta’ Spanja u Barcelona, Luis Enrique, waqt li ssemma’ ukoll il-manager ta’ Burnley, Vincent Kompany, li issa jidher li se jibqa’ mat-team ta’ Turf Moor li għadu kif rebaħ il-promozzjoni għall-Premier League wara sena biss li ġie relegat.