Monday, June 2, 2025

Maurizo Sarri jirritorna bħala kowċ ta’ Lazio

Aqra wkoll

Lazio ħabbru r-ritorn ta’ Maurizio Sarri biex imexxi l-ewwel tim. B’hekk wara l-esperjenza li bdiet fl-2021, il-kowċ Toskan se jkun qed jirritorna fit-tmexxija ta’ da nil-klabb. Fi stqarrija ppubblikata fuq il-websajt tagħhom, Lazio ħabbru r-ritorn ta’ Maurizio Sarri.

“Il-klabb jafda b’kunfidenza lil Sarri bit-tmexxija teknika tal-proġett, bit-twemmin li l-istil tiegħu, il-konsistenza tiegħu u l-kulturá tax-xogħol tiegħu jirrappreżentaw pedamenti sodi għall-bini ta’ preżent ambizzjuż u futur denju tal-istorja ta’ Lazio”.

Il-president ta’Lazio Claudio Lotito kkummenta wkoll dwar ir-ritorn tal-kowċ f’Ruma: “Maurizio Sarri rritorna d-dar. Ir-ritorn tiegħu huwa għażla tal-qalb, ta’ konvinzjoni u ta’ viżjoni. Miegħu rridu nerġgħu nibdew triq li ġiet interrotta kmieni wisq, konxji li flimkien nistgħu nġibu lura l-entużjażmu, l-identità u l-ambizzjoni. “Merħba lura fid-dar tiegħek Kmandant!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport