L-attakkant internazzjonali Arġentin Mauro Icardi kien deċiżiv għat-tim tiegħu Galatasaray hekk kif skorja wieħed mill-gowls fil-logħba tal-ewwel leg tal-play-offs tal-UEFA Champions League kontra Molde sabiex rebħu 3-2.
Wara l-logħba, Icardi deher ferm kuntent għax ta l-kontribut tiegħu sabiex it-tim rebaħ din l-ewwel battalja. Hu sostna li l-partitarji jirrispettawh ħafna u wara mumenti ta’ inkwiet fil-karriera tiegħu, bħal donnu qed joqgħod għal din il-ħajja fit-Turkija. Hu temm jgħid li ma jarah mal-ebda tim ieħor jekk mhux ma’ Galatasaray.