Manchester United identifikaw lil Mauro Icardi ta’ Paris Saint-Germain bħala sostitut potenzjali għal Edinson Cavani matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Cavani hu maħsub li hu ħerqan li jħalli lir-Red Devils fil-bidu tal-2022, b’Barcelona qed jitqiesu bħala l-kandidati ewlenin biex jiffirmaw lill-internazzjonali Urugwajan, li m’għandux kuntratt f’Old Trafford f’Ġunju li ġej.
Man United diġà qed iħejju għat-tluq tal-attakkant u jqisu lil Icardi bħala l-player ideali biex jieħu post il-player ta’ 34 sena fil-club.
Juventus huma ħerqana li jakkwistaw lil Icardi f’Jannar, iżda l-Bianconeri jiffaċċjaw il-possibbiltà li jitilfu il-firma tiegħu għas-spejjeż tar-Red Devils.
Il-player ta’ 28 sena – riċentement marbut ukoll ma’ Chelsea u Arsenal – sab ix-xibka ħames darbiet f’20 dehra għal PSG matul l-istaġun 2021-22.
Icardi, li għandu kuntratt mat-team ta’ Mauricio Pochettino sa Ġunju 2024, skorja 38 darba u rreġistra 10 assists fi 82 dehra għal Les Parisiens mill-wasla tiegħu.