Mauro Icardi u l-mara tiegħu Wanda Nara ħabbru li nfirdu b’mod uffiċjali.
Icardi kien iltaqa’ ma’ Wanda meta kien ħabib tal-ewwel raġel tagħha, Maxi Lopez, li kien jilgħab ma’ Sampdoria hekk kif dan tal-aħħar kien jistiednu d-dar tagħhom kif ukoll isiefer magħhom.
Iżda ġara li Icardi u Wanda saru aktar minn ħbieb u filwaqt li Lopez telaq mid-dar meta nduna li t-tnejn sar jħobbu lil xulxin, huma żżewġu fi Buenos Aires, f’Mejju 2014, sena wara li ddivorzjat lilLopez – qabel ma kellhom żewġt ibniet.
Barra minn hekk, Wanda saret l-aġent ta’ żewġha u r-relazzjoni tagħhom kienet is-suġġett ta’ ħafna xnigħat fl-istampa matul is-snin.
Issa huma ħabbru li nfirdu u talbu għall-privatezza.
Lil 14.9 miljun segwaċi tagħha fuq Instagram, Wanda li hija omm ta’ ħamest itfal kitbet: “Huwa mument diffiċli u ta’ uġiegħ ta’ qalb, iżda minħabba l-ispekulazzjonijiet fuq il-midja soċjali, ikun aħjar li l-aħbar noħroġha jien.
“M’għandi xejn x’nistqarr u ma rrid nagħti l-ebda dettalji dwar din is-separazzjoni. Qed nitlob għall-privatezza, mhux biss għalija iżda wkoll għal uliedna.”