Sunday, November 24, 2024

Serie A: Max Allegri jwissi lil Juventus li għandhom bżonn il-punti għas-salvazzjoni

Aqra wkoll

Meta sa ftit tal-ġranet ilu l-coach ta’ Juventus, Max Allegri, kien qed jitkellem dwar il-postijiet tal-UEFA Champions League,  issa qed  jirrikonoxxi li jridu ‘jiġbru l-punti li neħtieġu biex niżguraw is-salvazzjoni tas-Serie A’ wara t-telfa f’darhom ta’ 2-0 kontra Monza hekk kif ġew maqbuża mill-istess Monza biex niżlu fit-13-il post.

Il-Bianconeri ġew imnaqqsa 15-il punt mill-FIGC wara li l-club instab ħati ta’ irregolaritajiet fis-suq tat-trasferiment kif ukoll fil-kuntratt tal-players. 

Dan huwa suġġett għal appell … b’dan it-tnaqqis ta’ punti jew ġie revokat jew inkella kkonfremat fl-intier tiegħu. Iżda hemm ukoll aktar penalitá potenzjali li ġejjin, speċjalment bl-investigazzjoni tal-pagi mħallsa separatament mid-dikjarazzjonijiet uffiċjali matul il-pandemija.

B’dan kollu għaddej, Allegri bagħat twissija qawwija lill-partitarji u lill-players tiegħu waqt il-konferenza stampa wara t-telfa kontra Monza.

“Ġbarna 38 punt, imma bħalissa għandna 23 u rridu naġixxu skond din is-sitwazzjoni,” qal il-coach Juventin.

“Irridu nġibu l-punti biex nassiguraw is-sigurtà tas-Serie A. Is-sitwazzjoni nqalbet ta’ taħt fuq, iżda din hija r-realtà f’dan il-mument u rridu nagħrfu dan il-fatt, inkella nispiċċaw ħażin.”

Sport