Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Max Eberl ammetta li żbalja meta kkummenta dwar l-estensjoni tal-kuntratt ta’ Thomas Muller f’Jannar. Aktar kmieni din il-ġimgħa, Muller ħabbar li kien se jħalli l-klabb ta’ tfulitu fi tmiem l-istaġun 2024-25.
Wara t-tħabbira ta’ Muller, Eberl issa ammetta l-iżball tiegħu hekk kif qal lil xi ġurnalisti Ġermaniżi. “Għamilt dik id-dikjarazzjoni f’Jannar u l-affarijiet kienu mod ieħor. Kien ikun aħjar li kieku ma tkellimt xejn fuq Muller li ma nistax ma nammettix li hu ikona tal-klabb. Issa rajt li se jitlaq minn Munich. Stajt għamilt l-affarijiet aħjar iżda issa dak hemm.”
Muller għandu 35 sena u skorja 150 gowl f’497 milgħuba mal-Bavarjani.