Saturday, December 14, 2024

Max Verstappen fil-pole position tal-Grand Prix tal-Kanada

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) rebaħ il-pole position wara li kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali tal-Grand Prix tal-Kanada li se jsir illum fiċ-ċirkwit ta’ Gilles Villeneuve, fil-belt ta’ Montreal. Huwa kiseb ħin ta’ minuta u 25.858 sekondi

Hu se jibda qabel l-Ispanjol, Fernando Alonso (Aston Martin) u  ż-żewġ Britanniċi tal-Mercedes, Lewis Hamilton u George Russell.

Nico Hulkenberg ta’ Haas inizjalment ikkwalifika fit-tieni post iżda ngħata penalitá ta’ tliet postijiet tal-grid minħabba li  qabeż il-limitu tal-veloċità taħt kundizzjonijiet tal-bandiera l-ħamra.

Charles Leclerc tal-Ferrari u Sergio Perez tar-Red Bull jinsabu fl-10 u t-12-il post.

Huma ġew eliminati fit-tieni sessjoni wara li stennew wisq biex jaqilbu għal tyres ħfief qabel ma reġgħet lura x-xita.

Il-veteran Ġermaniż Hulkenberg, li ġie relegat għall-ħames post, kien wieħed mill-erba’ sewwieqa li ngħataw penalitá tal-grid ta’ tliet postijiet għal ksur waqt il-kwalifikazzjoni f’ġurnata impenjattiva għall-istewards.

Carlos Sainz tal-Ferrari kkwalifika fit-tmien post iżda ngħata wkoll  penalitá  talli impedixxa lil Pierre Gasly ta’ Alpine fl-ewwel parti tal-kwalifikazzjoni.

Esteban Ocon (Alpine) se jibda mis-sitt post b’Lando Norris fis-seba’ post, immedjatament quddiem sieħbu tal-McLaren, Oscar Piastri.

Piastri kkrazzja kmieni fl-aħħar sessjoni, liema inċident ġiegħel li toħroġ il-bandiera l-ħamra u fl-aħħar mill-aħħar żamm lil xi sewwieqa milli jtejbu l-pożizzjoni tagħhom minħabba li x-xita saret aktar qawwija waqt id-dewmien.

Ekonomija

Sport