Lewis Hamilton kien skwalifikat mit-tieni post tal-Grand Prix tal-Istati Uniti wara li kien sfida denja għall-avversarju Olandiż tar-Red Bull, Max Verstappen, li eventwalment ħareġ rebbieħ.
Hamilton kien biss żewġ sekondi wara Verstappen fuq il-bandiera iżda aktar tard il-karozza tiegħu ġiet iddikjarata illegali minħabba l-użu ħażin tal-iskid blocks li jinsabu fil-qiegħ tal-karozza.
Charles Leclerc tal-Ferrari sofra l-istess destin wara li spiċċa fis-sitt post.
L-iskwalifika ta’ Hamilton ippromwoviet lil Lando Norris tal-McLaren fit-tieni u lil Carlos Sainz tal-Ferrari fit-tielet post.
Minkejja li Verstappen kien attakkat diversi drabi minn Hamilton huwa wera l-kapaċitajiet tiegħu biex irreġistra l-50 rebħa tal-karriera tiegħu.