Sunday, December 22, 2024

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix ta’ Miami

Aqra wkoll

Max Verstappen tar-Red Bull irnexxielu jegħleb l-attakk aħħari minn Charles Leclerc tal-Ferrari biex rebaħ il-Grand Prix inawgurali ta’ Miami.

Verstappen kien deher li sejjer lejn rebħa faċli wara li qabeż lil Leclerc kmieni fit-tiġrija iżda s-safety car li ħarġet wara aċċident, għaxar dawriet mit-tmiem, rat lil Leclerc jersaq lejn Verstappen biex hemm bdiet it-taqtiegħa bejniethom. 

Fl-aħħar ħames dawriet Leclerc resaq viċin biżżejjed lejn is-sewwieq Olandiż u beda jattakka b’mod qawwi, tant, li kien hemm mumenti li seta’ mar fil-vantaġġ. 

Iżda Verstappen baqa’ jżomm sod biex qatt ma ċeda l-ewwel post bil-konsegwenza li ħareġ rebbieħ issa naqqas id-distakk għal 19-il punt fil-klassifika ġeneral mil-leader Leclerc. 

Huwa rebaħ f’ħin ta’ 1:34:24.258.

Fit-tielet post temm l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) li kien segwit mill-Messikan Sergio Perez (Red Bull), il-Britanniċi tal-Mercedes George Russell u Lewis Hamilton, il-Finlandiż Valtteri Bottas (Alfa Romeo) u l-Franċiż Esteban Ocon (Alpine).

Ta’ min jgħid ukoll li Hamilton reġa’ ddiżappunta hekk kif issa jinsab fis-sitt fil-klassifika ġenerali li taqra:

104 – Charles Leclerc

85 – Max Verstappen

66 – Sergio Perez

59 – George Russell

53 – Carlos Sainz 

36 – Lewis Hamilton

35 – Lando Norris

30 – Valtteri Bottas

Ekonomija

Sport