Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull), iddomina l-Grand Prix tal-Awstrija, li sar fiċ-ċirkwit ta’ Red Bull Ring, biex kompla kabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika.
Huwa rreġistra ħin ta’ 1:25:33.607.
Din ir-rebħa kienet il-ħames waħda konsekuttiva tal-istaġun hekk kif rebaħ seba’ tiġrija minn massimu ta’ disgħa.
Fit-tieni post temm is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) li daħal 5.155 sekondi wara r-rebbieħ.
Fit-tielet post spiċċa l-Messikan, Sergio Perez (Red Bull) segwit mill-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari), mill-Britanniku Lando Norris (McLaren), mill-Ispanjol Fernando Alonso (Aston Martin) u mill-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) li ngħata penalitá ta’ ħames sekondi.
Klassifika (ta’ fuq): 229 – Verstappen; 148 – Perez; 129 – Alonso; 108 Hamilton.