Sunday, November 24, 2024

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Olanda … u jilħaq rekord

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) rebaħ il-Grand Prix tal-Olanda, li sar fiċ-ċirkwit ta’ Zandvoort, biex laħaq ir-rekord tal-Ġermaniż, Sebastian Vettel, ta’ disa’ rebħiet konsekuttivi li kien irreġistra fl-2015.   

Fil-veritá, din it-tiġrija kienet waħda kao­tika għall-aħħar hekk kif l-istess Verstappen irkupra wara li tilef il-vantaġġ fi stadju bikri fejn kellha wkoll tinħareġ il-bandiera l-ħamra minħabba xita qawwija. 

Din kienet ukoll il-11-il rebħa ta’ Verstappen f’dan l-istaġun biex fetaħ vantaġġ ta’ 138 punt f’ras il-klassifika. 

Huwa tilef il-vantaġġ mill-pole position għas-spejjeż tal-kollega tiegħu, il-Messikan Sergio Perez, iżda reġa’ ħa l-kmand fit-13-il dawra u qatt ma ħares lura. 

Peró tmien dawriet mit-tmiem reġgħet bdiet nieżla xita qawwija biex reġgħet ħarġet il-bandiera l-ħamra u kien hemm dewmien ta’ 45 minuta. 

Huwa rebaħ f’ħin ta’ 2:24:04.411, segwit mill-Ispanjol Fernando Alonso (Aston Martin), il-Franċiż Pierre Gasly (Alpine) li tela’ fuq il-podju għall-ewwel darba. 

Il-klassfika: 339 – Max Verstappen; 201 – Sergio Perez; 168 – Fernando Alonso; 156 – Lewis Hamilton; 102 – Carlos Sainz; 99 – Charles Leclerc u George Russell. 

Sport