Max Verstappen tar-Red Bull kellu prestazzjoni mill-aqwa biex rebaħ il-pole position għall-Grand Prix tal-Ġappun meta fil-provi uffiċjali kiseb ħin ta’ minuta u 28.877 sekondi.
L-Olandiż kien 0.581 sekondi aktar veloċi mill-Awstraljan Oscar Piastri (McLaren) li l-ħin tiegħu kien 0.035 sekondi inqas mill-kollega tiegħu, il-Britanniku Lando Norris.
Charles Leclerc tal-Ferrari se jibda mir-raba’ post, qabel Sergio Perez tar-Red Bull, li kien 0.773sec inqas minn Verstappen.
Carlos Sainz tal-Ferrari kien is-sitt post, qabel Lewis Hamilton u George Russell tal-Mercedes.