Saturday, October 26, 2024

Max Verstappen jirbaħ il-pole position tal-GP tal-Messiku

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull)  kiseb il-pole tal-Grand Prix tal-Messiku li se ssir f’Mexico City, meta għeleb l-isfida tas-sewwieqa tal-Mercedes, il-Britanniċi,

George Russell u Lewis Hamilton. Huwa rreġistra ħin ta’ minuta u 17.775 sekondi.

Il-Mercedes kellhom waħda mill-aktar prestazzjonijiet kompetittivi tagħhom ta’ kwalifika din is-sena iżda Verstappen kien wisq veloċi biex eventwalment rebaħ il-pole b’0.304 sekondi.

Russell kien it-tieni veloċi minkejja li kkommetta żball fl-aħħar dawra tiegħu.

Il-kompatrijott tiegħu, Hamilton irkupra minn żball fl-ewwel dawra tiegħu biex se jibda mit-tielet pożizzjoni meta rreġistra 0.05 ta’ sekonda aktar minn Russell.

Il-Ferrari, li din is-sena rebħu l-aktar pole positions, iddiżappuntaw bil-kbir meta l-Ispanjol Carlos Sainz temm fil-ħames post, wara l-Messikan Sergio Perez tar-Red Bull … filwaqt li Charles Leclerc kellu jikkuntenta bis-seba’ post, wara l-Finlandi Valtteri Bottas (Alfa Romeo).

Lando Norris tal-McLaren se jibda mit-tmien post, segwit miż-żewġ sewwieqa tal-Alpine, Fernando Alonso u Esteban Ocon.

Sport