Saturday, October 12, 2024

Max Verstappen jkabbar il-vantaġġ tiegħu b’rebħa fil-Grand Prix tal-Belġju

Aqra wkoll

Max Verstappen fuq Red Bull estenda l-vantaġġ tiegħu fil-kampjonat dinji tal-Formula Wieħed b’rebħa fil-Grand Prix tal-Belġju fiċ-ċirkwit ta’ Spa.

Verstappen beda fl-14-il post iżda wettaq rimonta mill-aqwa biex kiseb ir-rebħa qabel sieħbu Sergio Perez, b’Carlos Sainz fuq Ferrari, li beda mill-pole position, item fit-tielet post.

Is-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton irtira fl-ewwel dawra wara li l-Mercedes tiegħu ħabtet mal-Alpine ta’ Fernando Alonso.

Sport