Il-kummissarju tad-dixxiplina Taljan ħareġ is-sospensjonijiet u l-multi wara tmiem il-ġimgħa xi ftit polemikuż fis-Serie A.
Il-coach ta’ Juventus Massimiliano Allegri weħel ġurnata sospensjoni wara li kelli xi jgħid mar-raba’ uffiċjal fl-okkażjoni tal-gowl imħassar kontra Salernitana li seta’ ta r-rebħa lit-team tiegħu.
Mill-banda l-oħra, il-coach ta’ Sampdoria Marco Giampaolo weħel żewġ logħbiet sospesjoni wara li insulta lir-referi fit-tmiem il-logħba li huma kellhom kontra Milan.