Sunday, December 15, 2024

Maypole Bakery iniedu għażla ġdida ta’ 3 tipi ta’ Sourdough Panettone għal dan il-Milied

Aqra wkoll

Il-Milied magħna, u miegħu jasal żmien l-ikliet, il-parties u r-rigali. Din is-sena, Maypole Bakery qed iwasslulna prodott ġdid u rfinat għal dawn il-ġranet, prodott li huwa idejali kemm bħala deżerta, bħala rigal sabiħ għall-familjari u l-ħbieb, u anki bħala rigal mingħand negozji u intrapriżi. 

Wara s-suċċess u l-entużjażmu kbir li bih intlaqa il-ħobż sourdough, magħmul minn għaġina tal-ħobż maħduma tradizzjonalment billi titħalla toqgħod għal sigħat sħaħ, il-Maypole użaw din l-istess teknika għall-għaġina tal-panettoni tagħhom. Maypole Bakery ilhom issa numru ta’ snin joffru panettone li jitwassal għand il-konsumatur fl-iqsar żmien possibbli wara li jinħema, u mingħajr ma jkollu jivvjaġġa mijiet ta’ kilometri. B’hekk ma għandux bżonn ta’ kimiċi miżjuda biex iżommuh frisk. U issa ħarġu b’dan il-prodott ġdid, li żgur se jerġa jkun popolari fost il-Maltin u l-Għawdxin.

Meta tintuża t-teknika tas-sourdough biex isir il-panettone, dan ifisser li l-għaġina tiegħu tkun eħfef u jkollha dak li jgħiduli glycaemic index iktar baxx – prodott ta’ iktar benifiċċju għas-saħħa milli dawk magħmula b’sistemi industrijali minn ħafna qabel il-festi. 

Familji, negozji u uffiċini għandhom għażla sabiħa ta’ tlett kwalitajiet ta’ panettone:

Chocolate & Hazelnut bil-ġellewż u ċ-ċikkulata; 

Pistachio bil-krema tal-pistaċċi u biċċiet ta’ din il-lewża rikka u eskwiżita; 

Fruit panettone klassiku imħawwar bil-lewż, passolina u konfettura.  

Dawn ir-rigali idejali u prestiġjużi għandhom preżentazzjoni f’kaxxi bellezza, li żgur jiġu apprezzati ferm minn min jaqlagħhom. Jistgħu jisservew wara l-ikel, mat-te ta’ wara nofsinhar, jew kull meta jkollok aptit ta’ xi ħaġa tajba u tal-istaġun.

Faċli takkwista is-sourdough panettone tal-Maypole Bakery:

  • Ordnah online mill-kumdita’ ta’ darek jew tal-uffiċċju minn https://www.maypole.com.mt/product-category/christmas-delicacies/ 
  • Ċempel 22581581 fejn issib tim ta’ impjegati lesti jgħinuk;
  • Aqbeż qabża sal-eqreb wieħed mid-29 ħanut tal-Maypole imferrxin ma’ Malta u Għawdex kollha, u agħżel.

Tħallux għall-aħħar, minn snin oħrajn nafu li n-numru limitat ta’ dan il-prodott jinħatfu malajr. Żgur mhux se ssibhom fuq l-ixkafef tal-ħwienet wara l-festi, meta jiċċarrtu l-prezzijiet għax ikun għadda żmienhom.  

Artiklu preċedenti
Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport