Tnejn mill-iżgħar membri fl-Assoċjazzjoni tal-Bowling f’Malta (MBA) ġew inkurunati bħala ċ-champions tas-Silver Cup ta’ din is-sena. It-turnew ta’ livell intermedjarju tas-Silver Cup huwa immirat għall-kompetituri kemm nisa u rġiel ta’ kull età, li għandhom skor medju li ma jaqbiżx il-165 u l-170 rispettivament.
Wara sitt logħbiet fl-istadju ta’ kwalifikazzjoni, iż-żewġ rebbieħa ta’ dan it-turnew ikkwalifikaw fl-aqwa tliet postijiet; Barbara ikkwalifikat għar-rawnd robin finali fit-tielet post, filwaqt li Mallia kien diġà jinsab fl-ewwel post f’dan l-istadju.
Waqt il-kwalifikazzjoni, Mallia kiseb l-aqwa logħba tal-kampjonat, wara li kiseb skor scratch ta’ 278. F’din il-logħba, huwa strajkja f’kull frame ħlief f’waħda, fejn ġab 8-spare.
Matul ir-rawnd robin finali, l-aqwa tmien kompetituri minn kull kategorija lagħbu seba’ konfronti diretti. Għalhekk, kull kompetitur kellu jilgħab kontra kull finalist. Nofs it-total tal-pinfall tagħhom waqt l-istadju ta’ kwalifikazzjoni ġie trasferit għal dan l-istadju finali biex b’hekk jiżdiedu fuq il-punteġġ miksub fl-istadju finali flimkien mal-punti bonus li ingħataw skont ir-riżultat tal-konfront dirett; 20 punt addizzjonali ingħataw lir-rebbieħ ta’ kull konfront dirett, filwaqt li 10 punti tqassmu b’mod ugwali fost il-kompetituri li ġabu draw f’waħda minn dawn il-partiti fil-finali.
Fil-kategorija maskili, Mallia, li bħalissa huwa iċ-champion nazzjonali tal-U12, irnexxielu jżomm l-ewwel post wara seba’ logħbiet, hekk kif rebaħ 6 minn 7 konfronti diretti. Mallia wkoll lagħab l-aqwa logħba fl-istadju finali tar-rawnd robin, fejn kiseb skor scratch impressjonanti ta’ 241. Għalhekk, Mallia kiseb r-rebħa tiegħu b’distakk qawwi mill-bqija tal-kompetituri; Travis Barbara, żgħażugħ ieħor li jilgħab b’żewġ idejn, ikklassifika fit-tieni post, b’235 punt inqas mit-total finali tar-rebbieħ.
Jade Barbara, ta’ 13-il sena, rebħet l-ewwel unur individawali tagħha f’dan it-turnew tas-Silver Cup ta’ din is-sena. Minkejja li kkwalifikat għar-rawnd robin finali fit-tielet post, Barbara ma kinitx fost il-favoriti biex tirbaħ dan it-turnew hekk kif kellha 17-il punt handicap f’kull logħba. Dan ifisser li kkumparata mal-bqija tal-punteġġi medji komposti tal-finalisti l-oħra fl-2023, din il-kompetitriċi kienet teknikament is-sitt l-aqwa plejer fil-finali ta’ tmien kompetituri.
Madankollu, iż-żagħżugħa qalbiena tat prestazzjoni fenominali hekk kif rebħet is-7 konfronti diretti li kellha fl-istadju finali.
Travis Barbara, li jilgħab b’żewġ idejn, ikklassifika fit-tieni post b’235 punt inqas mit-total finali ta’ Mallia, filwaqt li Aaron Belli, li jilgħab għall-‘’Malta International Airport’’ fil-League tat-Tieni Diviżjoni tal-BOV, ikklassifika fit-tielet post. Dan kien l-ewwel turnew ta’ Belli f’dawn l-aħħar seba’ snin, u rnexxielu jitla’ ħames postijiet fil-klassifika mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni. Travis Barbara, ħu Jade Barbara, r-rebbieħa femminili ta’ dan it-turnew, ukoll irnexxielu jitla’ post fil-klassifika fir-rawnd finali.
Il-podju għall-kategorija tan-nisa ġie komplut mill-bowlers tal-BOV Premier League Sandra Xuereb, li kklassifikat fit-tieni post, u l-bowler żagħżugħa Kathryn Fenech, li kklassifikat fit-tielet post. Xuereb kienet fis-sitt post waqt ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni filwaqt li Fenech kienet fl-ewwel post wara l-istess rawnd.