L-attakkant Franċiż, Kylian Mbappe, rebaħ l-unur tal-Player tas-Sena tal-Irġiel fil-Globe Soccer Awards 2021 f’ċerimonja li ġiet organizzata nhar it-Tnejn li għadda f’Dubai mill-European Club Association u mill-European Association of Player’s Agents, li fiha ġew ċelebrati l-akkwisti tal-players, clubs, coaches u aġenti għax-xogħol tagħhom matul is-sena.
L-istilla ta’ Paris St-Germain, li għandu 23 sena kiseb il-premju f’ċerimonja li saret fil-Lukanda Armani.
Huwa għeleb lir-rebbieħ sitt darbiet Cristiano Ronaldo, Lionel Messi, Mohamed Salah, Karim Benzema, u Robert Lewandowski għal dan il-premju.
Ir-rebbieħa kollha tal-Globe Soccer Awards 2021 huma:
Player tas-Sena tal-Partitarji – Robert Lewandowski
Player tas-Sena Maskili – Kylian Mbappe
Premju Maradona – Robert Lewandowski
L-Aqwa Skorer ta’ kull Żmien – Cristiano Ronaldo
Team Nazzjonali tas-Sena – Italja
L-Aqwa Aġent tas-Sena – Federico Pastorello
L-Aqwa Direttur Sportiv tas-Sena – Txiki Begiristain
L-Aqwa Club tas-Sena – Chelsea
L-Aqwa Difensur tas-Sena – Leonardo Bonucci
L-Aqwa Goalkeeper tas-Sena – Gianluigi Donnarumma
L-Aqwa Club tas-Sena tan-Nisa – Barcelona
L-Aqwa Player tas-Sena tan-Nisa – Alexia Putellas
Unur Innovattiv – Serie A
L-Aqwa Player tas-Sena tal-eSport – Msdossary7
L-Aqwa Akkademja taż-Żgħażagħ fl-Afrika – ZED FC