L-eks plejer ta’ Genoa, AC Milan u Torino, M’Bayer Niang, jinsab fis-suq tat-trasferimenti wara li l-ġimgħa l-oħra ħalla lil Auxerre fi Franza. Dawn tal-aħħar naqqsu milli jżommu posthom mal-kbar hekk kif ġew relegati wara biss staġun wieħed.
Niang ma marx daqshekk ħażin fl-istatistika personali tiegħu hekk kif skorja seba’ gowls bejn Ligue 1 u t-tazza Franċiża.
Sadanittant, Al Ahli mill-Arabja Sawdija jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu.