McDonald’s ħabbret li se tkun qiegħda tagħlaq temporanjament ir-ristoranti kollha u twaqqaf l-operat kollu tagħha b’mod temporanju fir-Russja.
Il-kumpanija tal-ikel hija popolari mmens fil-pajjiż, b’madwar 850 stabbiliment li fihom jaħdmu mat-62,000 ħaddiem.
Dan qiegħed iseħħ wara kritika ħarxa għall-fatt li kumpaniji oħrajn kbar għażlu li jagħlqu b’reazzjoni għall-invażjoni fl-Ukrajna.
Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv Chris Kempczinski qal li dan il-kunflitt kkawża sofferenzi fuq persuni innoċenti u għalhekk se jkunu qegħdin jikkundannaw din l-aggressjoni u l-vjolenza filwaqt li jitolbu għall-paċi.