Saturday, November 23, 2024

Mediċina b’xejn għal dawk li jbatu bin-nifs

Aqra wkoll

Mediċina ġdida għal dawk li jbatu bi problemi fin-nifs iddaħħlet fil-formularju tal-Gvern u se tkun qiegħda tingħata b’xejn.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa fl-Isptar Mater Dei. 

Fearne spjega li f’pajjiżna hawn madwar 6,000 persuna li għandhom il-chronic obstructive pulmonary disease (COPD), kundizzjoni li ssibha l-aktar f’min ipejjep. 

Huwa stqarr li l-ewwel prijorità għal dawk li se jieħdu l-inhalers ġodda bl-isem ta’ LAMAs se tingħata lil dawk li għandhom l-aktar problema gravi bin-nifs. 

“Din il-mediċina se tfisser mhux biss kwalità ta’ ħajja aħjar, imma se tnaqqas il-bżonn li dawn il-pazjenti jidħlu għal kura fl-isptarijiet tagħna,” tenna d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Sport