Monday, November 11, 2024

Medirectalk janalizza l-potenzjal tal-high yield bonds fl-2023

Aqra wkoll

24 ta’ April 2023. medirectalk hi serje ta’ seminars bla ħlas ogranizzati minn MeDirect li jipprovdu opportunità unika għall-investituri biex jisimgħu direttament minn fund managers b’esperjenza vasta fl-Ewropa dwar firxa wiesgħa ta’ strateġiji u tipi differenti ta’ investiment. Fid-dsatax il-edizzjoni ta medirectalk, MeDirect, flimkien ma’ rappreżentanti minn Liontrust indirizzaw il-potenzjal tal-high yield bonds

Il-Ko-Kapijiet tat-tim ta’ Global Fixed Income ta’ Liontrust, Phil Milburn u Donald Phillips, flimkien ma’ Sharmin Rahman, Investment Manager fi ħdan l-istess tim, kienu l-kelliema mistiedna ta’ dan is-seminar. Milburn beda d-diskussjoni b’ħarsa ġenerali lejn il-kuntest makroekonomiku. Huwa spjega l-fehmiet ta’ Liontrust dwar il-prospetti ta’ l-inflazzjoni u r-rati tal-imgħax u kif dawn se jkomplu jimpattaw l-ekonomija globali matul is-sena kurrenti.

Din il-preżentazzjoni kompliet b’ħarsa aktar dettaljata lejn il-GF High Yield Bond Fund ta’ Liontrust b’Phillips jippreżenta analiżi tal-prestazzjoni tal-fund u ddiskuta l-prospetti għall-bqija ta’ l-2023. Huwa enfasizza għaliex t-tim ta’ Liontrust jemmen li hemm potenzjal konsiderevoli fis-suq tal-high yield bonds. Rahman ipprovdiet aktar dettalji dwar l-investmenti fi ħdan il-fund u l-proċess rigoruż adottat minn Lionstrust meta jkunu qed jghażlu f’liema bonds se jinvestu. 


Id-19-il edizzjoni ta’ medirectalk kellha udejenza numeruża filwaqt li kienet qed tiġi mxandra diretta fuq il-mezzi soċjali ta’ MeDirect

Il-preżentazzjonijiet kienu segwiti minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet u riċeviment li matulu dawk li attendew komplew jiddiskutu personalment ma’ rappreżentanti kemm minn Liontrust kif ukoll minn MeDirect.

James Beddall, Head – International Sales ta’ Liontrust, li mmodera s-sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet, qal, “L-2023, mingħajr dubju, diġà pprovdiet sfidi hekk kif l-investituri qed ikomplu jiffaċċjaw inflazzjoni u rati tal-imgħax ogħla mis-snin li għaddew. Din is-sitwazzjoni se tkompli tħalli mpatt fuq l-ekonomija reali. L-aspettattivi ġenerali tagħna huma li ż-żidiet fir-rati tal-imgħax se jieqfu f’livelli anqas milli kien antiċipat u li jaf jkollna riċessjoni ħafifa lejn l-aħħar parti ta’ din is-sena. F’dan il-kuntest, hemm opportunitajiet biex l-investituri jagħmlu profitt fuq medda twila ta’ żmien mis-suq tal-high yield bonds. Jeħtieġ, iżda, li l-investituri j joqogħdu attenti meta jagħżlu fejn jinvestu hekk kif f’dan l-ambjent ekonomiku jiżdiedu r-riskji ta’ falliment minn kumpaniji aktar dgħajfa.”

Liontrust tnediet fl-1995 u għandha l-kwartjieri ġenerali f’Londra, b’uffiċċji fil-Lussemburgu u l-Iskozja. Il-kumpanija kienet elenkata fil-Borża ta’ Londra fl-1999 u daħlet fil-FTSE 250 fl-2020. Fi tmiem l-2022, il-kumpanija kellha total ta’ €36.8 biljun f’assi taħt ġestjoni, li minnhom €441 miljun kienu ġestiti mit-tim tal-Global Fixed Income. 

Ingrid Micallef, Head – Products & Marketing ta’ MeDirect Malta, qalet, “It-tielet medirectalk tagħna ta’ l-2023 indirizza suġġett speċifiku ħafna, dak tal-high yield bonds. Is-seminar pprovda wkoll l-opportunità lill-investituri li jisimgħu mill-esperti globali ta’ Liontrust dwar kif jaraw l-evolviment tal-ekonomija globali matul din is-sena. Din il-kombinazzjoni ta’ informazzjoni dettaljata dwar investimenti partikolari, flimkien ma’ għarfien ekonomiku ieħor jagħmel is-serje medirectalk tant popolari. F’dinja inċerta, MeDirect se jkompli jipprovdi nformazzjoni u għarfien ta’ kwalità għolja biex jagħti s-setgħa lill-investituri biex jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet finanzjarji għalihom.”

Tista tara r-recording ta’ dan il-medirectalk billi zzur il-paġna https://medirect.com.mt/invest/medirectalk.

Il-kelliema nfushom, personalment jew f’isem l-istituzzjonijiet li qed jirrappreżentaw, mhumiex responsabbli għall-opinjonijiet li jesprimu waqt id-diskussjonijiet.

L-informazzjoni mogħtija waqt dawn it-taħditiet hija għal skopijiet ta’ tagħrif ġenerali biss u mhix maħsuba ghal skopijiet legali jew pariri professjonali oħra u lanqas ma tikkommetti lil MeDirect Bank (Malta) plc għall-ebda obbligu.  L-informazzjoni mgħoddija waqt it-taħditiet mhijiex maħsuba biex tkun suġġeriment, rakkomandazzjoni jew solleċitazzjoni biex dak li jkun jixtri, iżżomm jew ibigħ xi titoli u l-eżattezza jew il-kompletezza tagħha mhix garantita.  L-istrumenti finanzjarji diskussi jistgħu ma jkunux jgħoddu għall-investituri kollha u l-investituri għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet  tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni u pariri li jkunu kisbu huma stess dwar kemm ikun xieraq għalihom  li jinvestu fi strumenti finanzjarji jew li jimplimentaw  l-istrateġiji diskussi f’dan il-webinar.

Jekk tinvesti fil-prodott li gie diskuss, tista’ titlef ftit jew il-flus kollha li tinvesti. Il-valur ta’ l-investiment tiegħek jista’ jinżel kif ukoll jitla. Tista’ tiġi ċċarġjat kummissjoni jew tariffa fil-ħin tax-xiri inizjali għal investiment. Kwalunkwe dħul li tikseb minn dan l-investiment jista’ jinżel kif ukoll jitla. Dan il-prodott jista’ jiġi affettwat minn bidliet fil-movimenti tar-rata tal-kambju tal-munita u b’hekk jaffettwaw ir-ritorn tal-investiment tiegħek. Iċ-ċifri tal-prestazzjoni kkwotati jirreferu għall-prestazzjoni tal-passat u m’humiex garanzija jew gwida affidabbli għall-prestazzjoni futura. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ investiment f’fond għandha dejjem tkun ibbażata fuq id-dettalji li jinstabu fil-Prospett u fil-Key Information Document (KID), li jistgħu jinkisbu mingħand MeDirect Bank (Malta) plc.

MeDirect Bank (Malta) plc, huwa liċenzjat biex joffri servizzi bankarji skont it-termini tal-Att dwar Il-kummerċ Bankarju (Kap. 371) u servizzi ta’ investiment skont it-termini tal-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment (Kap. 370).

Sport